home
   
 
spacer

 Home

Laqgha tas-Sindki is-Sibt 25 ta’ Mejju 2012
Diskors tal-President ta’ l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali
 
Onor. Sinjuri
Dahla
Nixtieq nibda dan id-diskors tieghi billi nirringrazzja lis-Sindki, Vici Sindki u Kunsillieri li, jew ma regghux gew eletti fl-ahhar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali jew iddecidew li ma jergghux jikkontestaw.
Nixtieq ukoll nawgura u nilqa fostna lis-Sindki u Vici Sindki godda li gew eletti fl-elezzjoni ta’ l -10 ta’ Marzu u naghtihom merhba.
Lilkom li se jkollkom l-elezzjoni s-sena d-diehla nheggigkom sabiex tkomplu tahdmu ghall-gid tar-residenti taghkom.
Hbieb, mill-ahhar li ltqajna nbidlu hafna affarijiet, mhux biss inbidlu l-persuni li rreferejt ghalihom aktar il fuq imma inbidel ukoll il-ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali.
Niehu ghalhekk din l-okkazjoni sabiex nirringrazzja lill Onor. Chris Said ghall-hidma u l-impenn tieghu meta kien responsabbli mill-Kunsilli Lokali u nilqa fostna lill Ministru L-Onor. Carm Mifsud Bonnici bhala l-ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali.
Ma nkunx gustifikat jekk ma nirringrazzjax lill shabi ta’ l-Ezekuttiv ghall-appogg taghhom u lill haddiema kollha immexxija mis-Segretarju Ezekuttiv is-Sur Jimmy Magro. Ix-xoghol li qieghed isir mill-Assocjazzjoni huwa wiehed professjonali hafna u kien ghalhekk li llum il-gurnata zidna ir-rizorsi taghna sabiex inkunu nistghu inlahhqu mal-volum ta’ xoghol li tirrikjedi Assocjazzjoni b’sahhitha.
 
Hidma mill-membri ta’ l-Ezekuttiv:
IL-membri ta’ l-Ezekuttiv kienu kollha involuti fuq hidma relatata mar-responsabilitajiet taghhom, kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta. Ikolli nghid li din hija hidma li kull ma tmur qed issir aktar difficli.
Matul is-sena ghamilna bosta laqghat, kemm mal-Minsitru Dr. Chris Said kif ukoll mal-Ministru Dr. Carm Mifsud Bonnici. Laqghat ohra saru ma Transport Malta, Mepa u d-Direttur ghall-Gvern Lokali.
Ghar-rigward tal-laqghat li saru ma Dr.Said kien hemm issues li baqghu pendent, ghal dawk li qeghdin naghmlu ma’ Dr. Carm ghadna ma bdejniex nikkonkludu.
Progetti b’fondi ta’ l-UE:
Ir-rizultati minn progetti ta’ l-Unjoni Ewropea ma naqsux. Komplejna nsahhu l-pozizzjoni taghna fi progetti iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea li permezz taghhom se nkomplu nghinu lilkom fil-hidma taghkom.
 
Smajtu aktar qabel ix-xoghol li qeghdin naghmlu fil-qasam ta’ l-energija fejn mhux facli tikkoodina hidma meta trid minn haddiehor. Dal-ghodu qassamnilkom Ktieb li jigbor fih numru ta’ Newsletters li ppublikajna. Dawn kollha kellkom access ghalihom fuq il-Website taghna u ircevejtuhom ukoll fl-emails taghkom. Hassejna li jkun tajjeb li dawn nigbruhom fi ktejjeb sabiex ikunu aktar accessibbli.
Hidma Regjonali:
Huwa ta’ dispjacir li nara l-Presidenti Regjonali jahlu l-energija kollha taghhom fuq is-sistema ta’ l-infurzar lokali. Kont nippreferi li r-Regjuni naghtuhom direzzjoni ahjar fejn setghu kienu l-mutur ta’ hidma kollettiva bejn il-Kunsilli Lokali fir-Regjuni rispettivi taghhom.
L-ammont ta’ hin li ntuza fuq sistema li kienet qeghda tithaddem mill-Kunsilli Lokali huwa wiehed konsiderevoli.
Illum, 3 snin wara li eleggejna l-Presidenti regjonali qeghdin nikkonkludu rocess wiehed biss, dan fl-opinjoni tieghi kien zball u rridu naraw kif ir-Regjuni jinghataw l-ghajnuna kollha possibli sabiex iwettqu hidma kollettiva li tghin lill Kunsilli Lokali jaqdu ahjar ir-responsabilitajiet taghhom.
Kuntratt ma Datatrak –
Wara hafna diskussjonijiet wasalna fi ftehim bejn ir-Regjuni u Datatrak. Ma kienx process facli l-ghaliex kien hemm ammont sostanzjali ta’ flus involuti kawzati minn nuqqas ta’ dhul mis-sitema meta id-delega giet trasferita minghand il-Kunsilli Lokali ghar-Regjuni.
Fil-jiem li gejjin se nkunu qeghdin nikkomunikaw maghkom sistema li ghadnha tiffacilita hafna ix-xoghol tas-Segretarji u haddiema tar-Regjuni, fl-istess waqt se nkunu qeghdin nassiguraw aktar trasparenza fl-operat u thaddim tas-sistema.
Din il-hidma ghandha twassal sabiex ir-Regjun ikkun jista jiddedika izjed hin ghall-operat tieghu. Ix-xewqa Taghna hija dik li r-Regjuni jinghataw in-nifs u jinghataw rizorsi sabiex anke huma jkun kreattivi u joholqu inizjattivi li permezz taghhom igawdu l-Kunsilli Lokali.
Haddiema Kelerikali u Tribunli –
Tal-misthija – ma hemmx kelma ohra aktar addottata ghall mod kif min huwa responsabbli ittratta din il-kwistjoni. Qeghdin nilghabu bl-impjiegi tal-haddiema klerikali u qeghdin noholqu incertezza kbira fost dawn il-haddiema li zgur mhux qeghda tghin biex tohloq ambjent tajjeb fuq il-post atx-xoghol.
Ikolli nghid li s-sitwazzjoni li jinsabu fiha dawn il-haddiema ma holquwiex ir-Regjuni imma holoqha Dr. Chris said meta ha decizjoni li fl-opinjoni tieghi ma kellux jiehu.
Illum il-gurnata ninsabu f’sitwazzjoni fejn l-ETC mhux qeghda taccetta l-process li gie addottat u d-Dipartiment qieghed b’idejh marbuta u jipprova jtawwal forsi tinstab soluzzjoni.
DAN HUWA HAZIN.
Il-haddiema jinsabu f’incertezza kbira, l-amministrazzjoni Regjonali qeghda tigi injorata mid-Dipartiment fl-istess waqt li qeghda tigi mwaqqfa milli tiehu decizjoni fuq dawn il-haddiema.
Jekk hemm bzonn ghandha tittiehed id-decizjoni li l-haddiema li kienu ingaggati mill=-Ufficcjali awtorizzati ghandhom jergghu imorru fuq il-kotba taghhom u b’hekk titnaqqas ftit mill-incertezza li nholqot.
Ikolli nghid li hawnhekk qeghdin immorru kontra il-Karta Ewropa fejn dawn ir-Regjuni ghandhom jithallew fil-liberta li jiddeciedu kemm ghandhom bzonn haddiema. Qieghed ikollna indhil zejjed f’sistema fejn il-flus mhumiex gejjin mill-Gvern imma qeghdin jingabru minn sistema mhaddma mija fil mija mir-Regjuni.
HALLU R-REGJUNI JWETTQU XOGHOLHOM KIF GAHNDHOM DRITT LI JAGHMLU.
 
Cash flow –
Ghadni qatt ma ltqajt ma xi hadd li waaqaf negozu u beda minghajr flus. Hekk fassalna r-Regjuni Taghna. Imedjatmenti li d-delega giet trasferita lilhom, il-Gvern ma kkontribwiex centezmu wiehed biex almenu r-Regjuni jkunu jistghu jamministraw din is-sitema. Ir-rizultat ta’ dan kollu irrenda lill-amministrazzjoni Regjonali bhala tallaba biex forsi jiddubbaw xi ftit flus minghand il-Kunsilli Lokali fl-istess waqt li qeghdin jigu mgeghla ma jhallsux tal-fattura kollha lill agenziji li qeghdin jaghtu s-servizz.
Qieghed jigi kkalkulat li sabiex din is-sitwazzjoni tigi ghan normal iridu jghaddu ftit ta-xhur ohra, jekk ma jkunx hemm problem ohra li jinqalghu.
 
Diskussjonijiet li ghadhom ma gewx konkluzi:
 
Ftehim mal-Korporazzjoni ghas-servizzi ta’ l-ilma-
Tghiduliex ha nirrepeti imma din hija pjagi li ma nistax ma naghmilx referenza ghaliha. Intom tafu li l-ftehim li ghamilna ftit tas-snin ilu ma jistax jithaddem, mhux biss ghax hemm problem logistici imma ghax minn dakinhar sallum il-prezz tat-tarmak sploda u l-50 ewro ma jikkaverjawx l-ispiza biex taghmel ir-reinstatement kif suppost.
Ghalhekk mistennija li nibdew diskussjonijiet mal-WSC u ma tRansport sabiex naraw kif nistghu insibu soluzzjoni ghal din il-problema. Jiena nghid li kieku ghandna r-Regjuni qeghdin jahdmu kif suppost stajna rajna l-possibilita lid an i-xoghol isir b’koordinament shih mar-Regjun bil-possibilita li jkollok kuntratturi li juru interess billi r-Regjun ghandu medda ferm akbar ta’ xogholijiet milli jista jkollu Kunsill wiehed.
 
Tariffi ghar-rimi ta’ Skart:
Ma nistax nifhem jew ahjar Wasteserv ma tridx tifhem li fuq din l-issue konna cari mill bidu nett u mhux se jkun hemm kompromessi. Il-Kunsilli Lokali mhumiex se jhallsu centezmu wiehed zejjed fuq it-tariffi ta’ l-iskart kemm il darba ma tizdiex l-allokazzjoni finanajarja.
Il-kalkoli hziena ghamlhum tal-Wasteserv u konna ghdinilhom mill-ewwel li ghamlu kalkoli hziena imma riedu jitfghu kollox that it-tapit bl-isperanza li xi darba tinstab soluzzjoni. Tiftakru s-sena l-ohra ircevejtu ittri legali biex thallsu din id-differenza u ahna ghidnilkom sabiex ma tirrisponduwiex l-ghaliex konna qeghdin f’diskussjonijiet mal-Gvern fuq din il-kwistjoni.
Issa jidher li l-minsiteru tal-finanzi jrid jaghlaq dan il-kapitlu u jitfa l-piz kollu fuq il-Kunsilli Lokali.
Ha nghidlu bl-ingliz. NO WAY. Se nkunu determinate fuq din li l-ebda kunsill mhu se jhallas centezmu wiehed zejjed
Ha naghmilha cara hemm kunsilli lokali li ma hallsux l-ammont moghti lilhom fl-allokazzjoni u dan huwa hazin. Ahna m’ahniex se niddefendu lill minn mhux qieghed jonora dan il-process, pero anke nitlobkom toqghodu attenti l-ghaliex il-figuri mahduma minn wasteserv fihom hafna zbalji. Ma nafx jekk sarux apposta jew inkella ghax ma jafux x’inhuma jaghmlu.
Hudu din bis-serjeta’
 
It-tieni fazi tad-devoluzzjoni tad-dawl –
Ma nixtieqx nahli izjed hin fuq din, imma nghid biss li dan huwa process li ilu li nbeda snin u b’rizultat ta’ dan id-dewmin qeghdin inhawdu u nikkonfondu lic-cittadini. Meta se jkollna l-gazz li niddeciedu u mmexxu.
Jekk ghad hemm problem fl-amministrazzjoni Regjonali ejja nghaddu din it-tieni fazi ill-Kunsilli Lokali. Wara kollox il-Kunsilli Lokali taw servizz mill-aqwa u zgur hadd ma jista jghid li ma qdejniex ir-responsabilita li gejna fdati biha tajjeb.
 
Avviz Legali 119 – Permessi relatai ma progetti ta’ l-UE.
Prova ohra ta’ kemm indumu biex niehdu decizjoni huwa t-tibdil mehtieg fl-avviz legali 119. F’dan l-avviz hemm anomaliji li jridu jigu indirizzati. Ghamilna l-proposti Taghna gew evalwati saru emedni saru diskussjonijiet tlabna l-pariri u sallum ghadna se nibdew niddiskutu.
Il-bierah smajt il-habib tieghi Mario Calleja jilmenta fuq hlasijiet ta’ Tower Cranes. Dan huwa punt importanti hafna u meta nismu kwotazzjonijiet bhal dawn aktar ninkwieta.
Ma nistghux inhallu sitwazzjoni fejn kuntratturi li ma’ jafux kemm jikkwotaw l-ispiza taghhom l-ghaliex hemm sitwazzjonijiet differenti fil-Kunsilli lokali. Ha nispjega:
Il-hlasijiet ghal tqeghdi ta’ Tower crane SUPPOST        ghandhom ikunu ta’ 2.33 ewro ghal kull metro kwadru. Xejn aktar u xejn anqas. Ghandna Kunsilli li jitolbu hlas ta’ 2.33 ewro u daqshekk ghandna ohrajn jitolbu 5, 10 u anke 20 ewro. Dan m’ghandux jibqa jsir u ghandu jkun hemm tariff wahda fejn kulhadd ikun jaf x’irid ihallas.
Mill-banda l-ohra ma taghmilx sens li ghal kiri ta’ Crane meta din ir-responsabiita kienet f’idejn il-Gvern Centrali kienet ta’ Lm1 maltija u meta ghaddiet din ir-responsabilita ghand il-Kunsill Lokali saret Lm1 maltija i.e 2.33 ewro. Ahna ssuggerejna li din ghandha titla mqar ghal 5 ewro. Ippruvajna nirregolaw ukoll l-uzu ta’ art eta jingibed xi film kummercjali. Sallum gabuna biss tallaba fejn trid tittallab mal-kumpaniji u dawn qeghdin jaghmlulek pjacir ghax qeghdin jaghtuk donazzjoni. Dan m’ghandux ikun u ahna pproponejna li ghal kull metro kwadru art li juzaw ihallsu bhalma jhall ic-cittadin igifieri 2.33 ewro ghal kull metro kwadru.
Ma nistax nifhem kif tittiehd decizjoni u nibdlu l-avviz legali biex progetti ta’ l-UE ma ikunu ezentati milli jhallsu ghall-permessi. Din hija diskriminazzjoni fil-konfront tac-cittadin ordinarju. Il-permessi ghandhom ikunu hemm ghal kulhadd l-istess.
Monitoragg mill-Kungress (clare) –
F’Ottubru li gej il_Kungress ghall=Awtoritajiet Lokali u Regjoanli se jkun qieghed jikkonkludi r-rapport fuq il-monitoragg tad-Demokrazija Lokali f’pajjizna. Konvint li ghamilna passi tajbin biex insahhu din id-demokrazija imma qeghdin jinholqu cirkostanzi fejn wisq nibza li jekk ma jkunux regolati se nibdew inharsu lura u mhux il-quddiem u hawnhekk se nindirizza lid-dipartiment u ma nixtieqx li nkun personali:
Ieqfu ittarttaw lill-Kunsilli Lokali bhala tfal ta’ l-iskola;
Ieqfu tuzaw il-finanzi kif jidhrilkom intom fuq nuqqasijiet li uhud minnhom huma zghar imma l-ammonti ta’ flus li qeghdin tiehdu minghand il-Kunsilli Lokali huma kbar.
Ieqfu tiehdu azzjoni fuq dawk il-Kunsilli Lokali li jixtru kotba ghat-tfal ta’ l-iskola fil-prize days;
Ieqfu taqtghu il-flus lill-Kunsilli Lokali ghax jixtru cake lill anzjani;
Ieqfu tiehdu decizjonijiet (fejn jaqblilkom) fuq is-segretarji ezekuttivi minghajr ma tikkonsultaw mal-Kunsilli Lokali;
Imma haffu idejkom fuq decizjonijiet li ghandkom tiehdu fl-approvazzjoni tal-hatriet mitluba mill-Kunsilli lokali;
Haffu jdejkom fuq talbiet relatati ma kjarifiki fosthom l-issue tal-haddiema tar-regjuni;
Ahna rridu naraw sistema fejn intom qeghdin hemm biex tghinu l-Kunsilli Lokali jhaddmu sistema aktar effettiva, aktar semplici u li aktar tissodisfa l-htiegijet tan-nies.
Allokazzjoni Finanzjarja:
Kif tistghu tippretendu li l-Kunsilli Lokali jlahhqu mar-responsabilitajiet taghhom jekk m’ghandhom finanzjament adegwat ghar-resonsabilitajiet taghhom.
Tafu kemm gholew l-ispejjez?
Tafu xi problem dahlu fihom il-Kunsilli Lokali li kkoperaw sabiex ihaddmu policy tal-Gvern billi ippartecipaw fil-PPP dwar it-toroq?
Tafu li l-korporazzjoni ghas-servizzi ta’ l-ilma qeghda titlob hlasijiet minghand il_Kunsilli Lokali li huma responsabilita taghha, ghax huma qeghdin jghidu li x-xoghol li jrid iwettaq il-Kunsill lokali ma kienux fil-programm taghhom? Jekk din kienet decizjoni tal-gvern ghax ma gejniex moghtija fondi addizzjonali u din il-problema nsolvuha darba ghal dejjem.
Revenue Sharing:
Kemm ilna nghidu li l-Kunsilli Lokali ma jistghux jaghmlu taxi lokali imma jistghu jaghmlu revenue sharing u dan ma min nistghu naghmluh. Mhux mal-Gvern? Imma njrid ikun hemmm ir-rieda biex isir dan u sallum kull ma ghandna huwa biss rapport li sar mill-aminnistrazzjoni ta’ qabel li meta taqrah issib li ma jghid xejn gdid.
Skemi –
U xi nghidu ghall-iskemi lit ant ftaharna bihom u li galna lill-Kunsilli lokali jidhlu fi spejjez ta’ pjanti u periti u hafna aktar? X’sar minnhom dawn l-iskemI? Mins se jaghmel tajjeb ghall bzonnijiet li gahndna fil-playing fields Taghna?
Nafu li fl-allokazzjoni finanzjarja ma hemmx centezmu wiehed specifikat ghall manutenzjoni tal-bandli bhalma ma hemmx ghall responsabilitajiet ohra bhal ma hija r-responsabilita fil-qasma socjali?
 
Ftehim Kollettiv:
Irrid nghid li wara hafna akkuzi u verifiki dwar liema Union ghandu jkollha ir-recognition ghad ma kellniex talba biex niltaqghu. Ma nemminx li ghandna nkunu ahna li mmexxu dan imma l-interess talhaddiema jinteressana u ghalhekk nappella sabiex min hu responsabbli jiccaqlaq halli naraw x’inhuma l-ahjar kundizzjonijiet ghall-haddiema Taghna.
 
Hbieb nahseb li ghal-lum ikun jaqbel nieqaf hawn imma nappella sabiex id-decizjonijiet li hemm bzonn jittiehdu ejja ha nehduhom u ma nwaqqfux processi li huma hafna bzonnjuzi biex insahhu d-demokrazija lokali f’pajjizna.
 
 
Michael Cohen
President
AKL
 
 
diablo 3 gold,diablo iii gold,d3 gold,www.diablo3golds.us,guild wars 2 gold,gw2 gold,gw2 gold for sale,www.guildwars2mvp.com,WoW Gold,Cheap WoW Gold,Buy WoW Gold,www.wowcasa.com,Maple Story,MapleStory Mesos,Maple Story Mesos,www.maplestorymvp.com,Runescape Gold,RS Gold,Runescape,www.rstmall.com,EVE ISK,EVE Online ISK,EVE Online,www.evemvp.com,North Face Outlet,North Face Clearance,North Face Jackets,www.northfacemvp.com,diablo 3 gold,d3 gold,diablo 3 power leveling,www.d3jet.com,China Wholesale,China Wholesale,Cheap Wholesale,www.wholesalerar.com,Fashion Shoes,Fashion Bags,www.fashionways.net,Fashion Shoes,Shoes Fashion,www.CounterFeitTesting.com,Replica Handbags,Replica Bags,www.Pack-and-go.com