home
 
 
spacer

 Home

Il-Kumitat tar-Regjuni jwaqqaf l-Assembleja Regjonali u Lokali Ewro-Mediterranja

Madwar tmenin rappreżentant eletti fil-livell lokali u reġjonali, minn tletin pajjiż fit-tliet naħat tal-Mediterran, b`membri mil-Kumitat tar-Regjuni, oħrajn rapprezentanti ta’ Assocjazzjonijiet Internazzjonali u rapprezentanti mill-pajjizi tal-Lvant u tax-Xlokk tal-kosta Mediterranja, iltaqgħu nhar il-Ħamis 21 ta’ Jannar f’Barċellona għal-laqgħa inawgurali tal-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM). L-ARLEM ser tkun qed tiffaċilita l-istabbiliment ta’ kuntatti, l-iskambju tal-prattiki t-tajba bejn il-bliet u r-reġjuni, kif ukoll il-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-muniċipalitajiet u r-reġjuni. 

 
Il-membri talbu “proċess inklużiv” u “prijorità għall-azzjonijiet konkreti” lill-Kummissarju Ewropew Paweł Samecki u lis-Segretarju tal-Istat Spanjol Ángel Lossada Torres-Quevedo, bil-għan li jippromwovu d-dimensjoni reġjonali u lokali  permezz ta` status ta` osservatur fil-process ta` Barcelona u fl-Unjoni tal-Mediterran bl-istess mod li huma rapprezentati l-Parlamenti Nazzjonali permezz ta’ Assembleja Parlamentari.


Dan kollu sar fil-Kwartieri Ġenerali ta’ l-Unjoni għall-Mediterran ġewwa Barcellona, minn fejn qed issir ħidma sabiex jitkompla l-proċess ta’ Barcellona mibdi 15-il sena ilu. ARLEM se tkun qiegħda taħdem ukoll fuq diversi oqsma relatati mal-politika Reġjonali u Lokali fejn mistennija wkoll jitwaqqfu zewg kumitati li se jkunu qegħdin iwettqu l-pjan ta’ ħidma. Fost il-prijoritajiet li se jkunu qegħdin jiġu diskussi hemm fuq quddiem nett l-Immigrazzjoni illegali, il-Politika Marittima, l-Iżvilupp Territorjali, il-Proċess ta’ Deċentralizzazzjoni, il-Kuntatt permezz tal-ġemellaġġi, l-Ilma, it-Tibdil fil-klima, l-Edukazzjoni, it-Taħrig u aktar.

 
Matul din il-laqgħa saru diversi interventi mill-membri preżenti fosthom minn Dr. Ian Micallef fil-kapacita tiegħu ta’ President ad interim tal-Kungress għall-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali u mis-Sur Michael Cohen fil-kapacita tiegħu ta’ Vici President tal-KTR u Kap tad-Delegazzjoni  Maltija fi Brussel.
 

Dr. Ian Micallef qal li ARLEM qiegħda titwieled b` konvinzjoni li l-Mediterran għandu rwol importanti hafna għaż-żamma ta` paci u l-istabbilita fl-Ewropa għax huwa kompost minn Stati u minn popli li jħaddnu l-istess tradizzjonijiet, l-istess kultura u valuri demokratici, l-istess interessi ekonomici bi żvilupp sostenibbli, l-istess sfidi u l-istess opportunitajiet. Huwa għalekk li il-ħtiega għal kooperazzjoni ikbar fiż żona Ewro Mediterranja kompliet tikber maż-żminijiet.  Madankollu, saħaq Micallef,  biex dawn l-isfidi jiddawru f` opportunitajiet hemm bzonn is-sehem ta kulħadd u għaldaqstant fattur krucjali hu li r-regjuni u l-lokalitajiet flimkien mal-għaqdiet non governattivi u istituzzjonijiet koncernati għandhom mhux biss jingħataw spazju, izda iktar minn hekk li jitpoġġew fuq quddiem nett ta` dan il-proċess u ta` din il-ħidma.

Michael Cohen insista fuq il-ħtiega li għandha ssir diskussjoni serja dwar l-immigrazzjoni illegali u kif jistgħu jigu evitati aktar telfiet ta’ ħajjiet li sfortunatment baqgħu iseħħu minkejja kull tentattiv li sar. Ma jista jkun hemm l-ebda progress jekk ARLEM ma tevalwax iċ-ċirkostanzi li qegħdin jikkontribwixxu għal tant u tant eluf ta’ persuni li qegħdin ihallu arthom, jirriskjaw ħajjithom u jippruvaw jidhlu fl-Ewropa biex isibu xogħol. Il-prezz ghall dawn il-persuni huwa wieħed għoli meta hemm prova cara li ħafna minnhom ma jispiċċawx il-vjaġġ li jkunu qabdu.

 
Huwa importanti li għandu jkun hemm djalogu sħiħ bejn l-imsieħba kollha tal-Mediterran fejn ghandu jkun hemm proposti cari ta’ x’għandu jkun l-aħjar mod li wieħed jasal għal rimedju fuq dan il-fenominu li sal-lum sewa` ħafna hajjiet ta’ nies innoċenti minkejja n-nefqa ta’  miljuni ta’ ewro lill-Unjoni Ewropea mingħajr ma` nkiseb ir-rizultat mixtieq.

 
Michael Cohen temm l-intervent tiegħu billi wiegħed li se jkun qiegħed iħeġġeħ lill-Kunsill Lokali Maltin sabiex ifittxu rabtiet eqreb ma Kunsilli oħrajn mill-pajjiżi msieħba biex mill-ftit esperjenza li akkwistajna matul is-snin iknunu qegħdin ukoll nipparteċipaw f’dan il-proċess wiesgħa li għandu quddiemu triq twila imma importanti.

 
Matul l-ewwel sezzjoni inħatru iż-żewg ko-presidenti, Luc Van Der Brande, President tal-Kumitat tar-Reġjuni u is-Sur Mohamed Boudra, Sindku ta` Al Hociema, Marokk.

 

 
Aaron Farrugia
Policy Coordinator for the Maltese Delegation in the Committee of the Regions