14 ta' Jannar 2010
Ref: WSC9/99
Sindki
Segretarji Ezekuttivi
Wahda mill-problemi li ilhom jiffaccjaw il-Kunsilli Lokali hija l-kwistjoni tal-kuntratt dwar re-instatement ta' toroq fejn isiru trinek mill-KSI (WSC). L-Ezekuttiv tal-AKL se jibda jiehu passi mmedjati sabiex din il-kwistjoni tigi rizolta fuq zewg binarji:
1. illi l-WSC thallas l-ammonti dovuti lill-kunsilli lokali;
2. illi l-kuntratt li ilu taht diskussjoni jigi finalizzat sa' l-ahhar ta' Frar 2010.
Bhala l-ewwel pass, l-AKL se tipprezenta rikors gudizzjarju dwar l-ammonti dovuti lill-kull kunsill lokali. Dan ir-rikors gudizzjarju ikun mehtieg li jsir minn kull Kunsill Lokali permezz tas-Sindku u s-Segrtarju Ezekuttiv li huma r-rapprezentanti juridici tal-KL. Dan il-pass se jsir f'gurnata li tithabbar aktar tard meta jkunu tlestew ir-rikorsi kollha. L-ispejjez ta' kull rikors jithallsu mill-KL rispettiv.
Biex nibdew il-processi mehtiega, kull Kunsill Lokali ghandu jissottmetti l-ammont dovut mill-WSC fuq reinstatement ta' toroq sal-31 ta' Dicembru 2009.
Din l-informazzjoni ghandha tasal ghandna sa mhux aktar tard minn nhar il-Gimgha 22 ta' Jannar 2010 sabiex possibilment ir-rikorsi jsiru sa' l-ahhar ta' Jannar 2010.
Dwar it-tigdid tal-kuntratt, l-WSC se tinghata ultimatum sabiex wara nohrogu direttivi lill-Kunsilli Lokali kollha.
tislijiet
Jimmy Magro
Executive Secretary
Local Government Association
153, Main Street
Balzan
MALTA
Executive Secretary
Local Government Association
153, Main Street
Balzan
MALTA
